News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
-
14 ta' Mejju 2014
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju 2014, il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-MaltaPost flimkien ħarġu prodott li jikkonsisti f’munita numiżmatika tal-fidda u bolla tal-fidda, b’tifkira tal-50 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta. Dan il-prodott jirrappreżenta wkoll il-bidu ta’ relazzjoni ta’ ħidma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fil-promozzjoni u l-bejgħ tal-muniti numiżmatiċi u kommemorattivi tal-Bank.
-
08 ta' April 2014
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għadu kif ippubblika r‑Rapport Annwali tiegħu għas‑sena 2013. Ir‑Rapport jagħti ħarsa lejn il‑politika u l‑operat tal‑Bank matul is‑sena u jinkludi rapporti finanzjarji fid‑dettall.
-
01 ta' April 2014
Ir-Regolament (Nru 260/2012) dwar id-data tal-iskadenza tal-migrazzjoni taż- Żona Unika ta’ Pagamenti f’Euro (SEPA) kien stabbilixxa l-1 ta’ Frar 2014 bħala d-data ta’ meta l-iskemi nazzjonali ta’ trasferiment ta’ kreditu u debitu dirett fiż-Żona tal-Euro kellhom jieqfu joperaw u jiġu sostitwiti bl-iskemi l- ġodda tat-Trasferimenti ta’ Kreditu bis-SEPA (SCTs) u tad-Debiti Diretti bis- SEPA (SDDs).
-
21 ta' Marzu 2014
Fil-25 ta' Marzu 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta se joħroġ munita tad‑deheb li turi z‑zecchino.
-
21 ta' Frar 2014
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika r‑raba' ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta' Kull Tliet Xhur għas‑sena 2013, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra minn Malta matul it‑tielet trimestru tal‑2013 u tikkummenta dwar aktar żviluppi fix‑xhur ta' wara.