News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

  • 27 ta' Ġunju 2014

    Ħruġ ta' muniti numiżmatiċi - Auberge d'Aragon

    Fit‑30 ta' Ġunju 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ żewġ muniti numiżmatiċi, waħda tad‑deheb u oħra tal‑fidda, li juru l‑Auberge d'Aragon. Din ser tkun ir‑raba' waħda mis‑serje ta' muniti numiżmatiċi maħruġa mill‑Bank Ċentrali ta' Malta bit-tema tal‑Bereġ tal‑Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann.

  • 20 ta' Ġunju 2014

    Ir‑Rivista ta’ Kull Tliet Xhur – l‑Ewwel Ħarġa tal‑2014

    Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑ewwel ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta' Kull Tliet Xhur għas‑sena 2014, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f'Malta u barra minn Malta matul ir‑raba' trimestru tal‑2013, filwaqt li tikkummenta dwar aktar żviluppi fix‑xhur ta' wara.

  • 20 ta' Ġunju 2014

    Kollezzjoni ta’ muniti tal-Ordni Sovran ta’ Malta (SMOM)

    Fl‑1998, il‑Gran Mastru Fra Andrew Bertie (1929-2008) ġenerożament kien ta kollezzjoni ta' muniti tal‑Ordni Sovran Militari u Ospitallier ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, ta' Rodi u ta' Malta, magħruf ukoll bħala l-Ordni Sovran ta' Malta (SMOM), bħala donazzjoni lill‑Bank Ċentrali ta' Malta.

  • 30 ta' Mejju 2014

    Sett ġdid ta' muniti tal-euro datat 2014

    Fit-3 ta’ Ġunju 2014, il-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħroġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2014. Is sett jinkludi t-tmien muniti tal-euro Maltin, kif ukoll munita taż-€2 li tikkommemora l-Kostituzzjoni tal-Indipendenza tal-1964 li kienet addottata f’Settembru ta’ dik is sena meta Malta kisbet l-indipendenza tagħha u saret stat sovran.

  • 23 ta' Mejju 2014

    Ħruġ ta’ Munita Numiżmatika - 100 Sena Anniversarju mill-Ewwel Gwerra Dinjija

    Fit-23 ta’ Mejju 2014, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita tal-fidda li tfakkar il mitt anniversarju mill-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-munita għandha valur nominali ta’ €10. Il-Bank ħareġ ukoll munita simili tar-ram isfar b’valur nominali ta’ €5.