Leġiżlazzjoni
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta twaqqaf permezz tal‑Att dwar il‑Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204) (l‑'Att'), u jopera skont l‑Att imsejjaħ l‑Istatut tas‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (l‑'Istatut tas‑SEBĊ'), kif ukoll skont id‑dispożizzjonijiet rilevanti tat‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea.
Din it‑taqsima fiha sommarju tal‑Att, flimkien ma' links għad‑Direttivi u l-Bye-laws maħruġa skont l‑Att.
Il‑Bank jopera wkoll skont it‑termini tal‑qafas legali tas‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Il‑biċċa l‑kbira ta' dan il‑qafas hi direttament applikabbli u għandha s‑setgħa ta' liġi f'Malta. Iżjed informazzjoni dwar dan il‑qafas tista' tinkiseb mis‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali Ewropew.
Il‑links li ġejjin jagħtu idea ġenerali tal‑leġiżlazzjoni applikabbli tal‑UE skont is‑suġġett:
Leġiżlazzjoni finanzjarja u bankarja tal‑UE
Informazzjoni dwar il‑leġiżlazzjoni tal‑UE fir‑rigward tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja
Informazzjoni dwar il‑leġiżlazzjoni tal‑UE fir‑rigward tal‑euro
Nota: Kwalunkwe deskrizzjoni ta' leġiżlazzjoni f'dan is‑sit elettroniku hi disponibbli għal skopijiet ta' informazzjoni biss u bl‑ebda mod ma għandha tiġi interpretata bħala parir legali jew bħala sostitut għal atti legali uffiċjali.