Currency

Mużew tal-Flus

Bħala riżultat tal‑pożizzjoni ġeografika tagħhom, il‑Gżejjer Maltin kienu ggvernati tul iż‑żminijiet minn diversi potenzi, mill‑Kartaġiniżi, ir‑Rumani, l‑Ispanjoli u n‑Naplitani, sal‑Ingliżi. Dawn il‑bidliet minn potenza għal oħra nisġu esperjenza mill‑iżjed interessanti fl‑istorja ta' dawn il‑Gżejjer.

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għażel li jirrappreżenta parti minn din l‑esperjenza permezz tal‑ħolqien ta' mużew tal‑flus li jinsab fis‑sala prinċipali tiegħu. Il‑mużew hu miftuħ għall‑pubbliku bla ħlas fil‑ħinijiet tal‑uffiċċju tal‑Bank.

Fil‑mużew hemm esibizzjoni ta' muniti u karti tal‑flus li jirriflettu l‑potenza barranija li kienet tiggverna l‑Gżejjer jew il‑pajjiżi ġirien li magħhom Malta kellha relazzjonijiet kummerċjali, li jvarjaw miż‑żminijiet Puniċi sal‑perjodu tal‑Ordni ta' San Ġwann, il‑perjodu Ingliż, il‑bidla għas‑sistema deċimali ta' Malta fl‑1972, bidliet li fl‑aħħar nett laħqu l‑quċċata bl‑introduzzjoni tal‑euro. 

Il‑mużew jinkludi wkoll muniti għall‑kollezzjonisti u muniti kommemorattivi maħruġa mill‑Bank tul is‑snin. 

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jawgura li l‑informazzjoni li ġejja dwar il‑flus u l‑istorja numismatika ta' Malta sservi bħala kontribut pjaċevoli għal għarfien iżjed komplut tal‑evoluzzjoni tal‑Gżejjer.

Virtual Tour - Muniti

Virtual Tour - Karti tal-flus

Virtual Tour - Muniti

Virtual Tour - Karti tal-flus

Muniti f'Malta