Rwol tagħna
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta (il‑Bank) twaqqaf bl‑Att tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fis‑17 ta' April 1968. Fl‑1 ta' Mejju 2004 il‑Bank issieħeb fis‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u fl‑1 ta' Jannar 2008 sar parti mill‑Eurosistema.
L‑għan ewlieni tal‑Bank Ċentrali ta' Malta bħala membru sħiħ fl‑Eurosistema huwa li jinżamm l‑istabbiltà fil‑prezzijiet. Biex jilħaq dan il‑għan, il‑Bank jieħu sehem fit‑tħejjija u fit‑teħid tad‑deċiżjonijiet tal‑politika monetarja tal‑Eurosistema. Minbarra dan il‑għan, il‑Bank għandu responsabbiltajiet oħra elenkati fl‑istqarrija tal‑missjoni tiegħu. Il‑Bank jikkollabora wkoll ma' awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet internazzjonali dwar affarijiet ta' interess komuni.
Il‑Bank jikkollabora ma' awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet internazzjonali dwar affarijiet ta' interess komuni.
Fuq livell lokali l‑Bank jaħdem mill‑qrib mal‑Ministeru għall‑Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta u l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika, kif ukoll mas‑settur bankarju u finanzjarju Malti.
Funzjonijiet
Fuq livell internazzjonali, barra li huwa membru tas‑SEBĊ u tal‑Eurosistema, il‑Bank għandu relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali li tagħhom Malta hija membru. Dawn l‑istituzzjonijiet jinkludu l‑Fond Monetarju Internazzjonali, il‑Bank Dinji, il‑Bank Ewropew għar‑Rikostruzzjoni u l‑Iżvilupp u l-Bank Asjatiku għall‑Investiment fl‑Infrastruttura.
- Iż‑żamma tal‑istabbiltà tal‑prezzijiet
- L‑immaniġġjar tar‑riżervi
- Bankier tal‑banek u tas‑settur pubbliku
- Il‑ħarsien tal‑istabbiltà finanzjarja
- Formulazzjoni u implimentazzjoni ta' politika makroprudenzjali
- Il‑ħruġ ta' flus
- Relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet internazzjonali
- Analiżi ekonomika u riċerka
- Il‑ġbir, il‑kumpilazzjoni, it‑tqassim u l‑ippubblikar tal‑istatistika
- Il‑promozzjoni u l‑appoġġ tal‑iżvilupp tas‑swieq finanzjarji u tas‑sistemi ta' pagamenti u ta' ħlasijiet effiċjenti