Publications

Tbassir ekonomiku

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jissorvelja mill‑qrib il‑prospetti għall‑ekonomija Maltija. It‑tbassir għall‑indikaturi makroekonomiċi ewlenin, bħall‑prodott domestiku gross u u l‑komponenti tiegħu, kif ukoll l‑impjiegi u l‑qgħad, l‑inflazzjoni u l‑iżviluppi fil‑finanzi pubbliċi huma ppubblikati darbtejn fis‑sena; jiġifieri f'Ġunju u f'Diċembru fuq is-sit elettroniku tal-Bank. It-tbassir ta' Diċembru huwa inkluż ukoll fir‑Rapport Annwali tal‑Bank (ippubblikat f'Marzu). It‑tbassir ikopri s‑sena kurrenti u t‑tliet snin ta' wara.

Stqarrija għall-istampa: Il-Prospetti għall-Ekonomija Maltija 2017-2019

Latest projections (309kb)

Archive of earlier published projections

Matul is‑snin, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħa ħsieb li jipproduċi tbassir konsistenti, trasparenti u kredibbli tal‑indikaturi makroekonomiċi, fiskali u tal‑inflazzjoni. Dan it‑tbassir ekonomiku jirrifletti numru ta' suppożizzjonijiet tekniċi pprovduti mill‑Bank Ċentrali Ewropew lill‑banek ċentrali nazzjonali kollha taż‑żona tal‑euro. Dan il‑proċess hu spjegat hawn taħt:

The Forecasting Process at the Central Bank of Malta