Library

Il-Librerija

Login      Register

Il‑Librerija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta tispeċjalizza f'attività bankarja, il‑finanzi u l‑ekonomija. Is‑servizzi tal‑informazzjoni huma disponibbli f'forom konvenzjonali u elettroniċi. Is‑servizzi offruti mil‑librerija huma mmirati primarjament sabiex jilħqu l‑bżonnijiet speċjalizzati tal‑Bank. Madankollu, is‑servizzi huma offruti wkoll lil studenti u esperti. L‑utenti għandhom aċċess għal kotba, ġurnali, materjal ta' referenza, pubblikazzjonijiet tal‑gvern ta' Malta, CD‑ROM databases, gazzetti lokali u diversi gazzetti elettroniċi.

L‑użu ta' riżorsi elettroniċi qed jiżdied u llum jikkomplimenta l‑materjal stampat. Il‑pjattaforma elettronika ġdida tal‑librerija toffri kapaċitajiet estensivi ta' tiftix u tinkludi l‑katalgu tal‑librerija, database elettroniku tal‑ġurnali u kollezzjoni ta' kotba elettroniċi.

L‑utenti jistgħu jirreġistaw billi jikklikkjaw fuq il-buttuna Register li tinsab fin-naħa ta' fuq ta' din il-paġna. Malli r‑reġistrazzjoni tiġi kkonfermata, l‑utenti jistgħu jikklikkjaw fuq Login. L‑utenti jistgħu jżuru wkoll il‑Librerija li issa tinsab fil‑binja l‑ġdida, il‑Binja Laparelli. L‑istaff tal‑Librerija jwieġeb kwalunkwe mistoqsija u jassisti lill‑utenti fl‑użu tal‑kollezzjoni elettronika, iwieġeb mistoqsijiet ta' referenza, u jgħin lill‑utenti biex isibu sorsi speċifiċi ta' riċerka.

Id‑dettalji għall‑kuntatt mal‑Librerija tal‑Bank Ċentrali huma dawn li ġejjin:

Tel: +356 2550 4508
Fax: +356 2550 2500
E-mail: Agħfas hawn

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:

1 ta' Settembru sal-15 ta' Ġunju

16 ta' Ġunju sal-31 ta' Awwissu

mit-8.30 a.m sat-3.30 p.m.

mit-8 a.m. sas-2 p.m.