News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
-
22 ta' Diċembru 2014
Il-Litwanja ser tadotta l-euro fl-1 ta’ Jannar 2015, bil-munita unika tieħu post il-litas bħala l-munita nazzjonali tal-Litwani.
-
18 ta' Diċembru 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika fuq is-sit elettroniku tiegħu l-Aġġornament tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja li jkopri żviluppi li seħħew fl-ewwel sitt xhur tal-2014.
-
18 ta' Diċembru 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tielet ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2014, li tirrapporta dwar l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tieni trimestru tal-2014, filwaqt li tikkummenta wkoll dwar żviluppi fix-xhur ta’ wara.
-
05 ta' Diċembru 2014
Fil‑11 ta’ Diċembru 2014, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erbgħin anniversarju minn meta Malta saret repubblika.
-
26 ta' Novembru 2014
Bħala parti mill-impenn soċjali tal-Bank, grupp ta’ impjegati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta pparteċipa f’inizjattiva ta’ karità ġewwa Dar Għabex li hi dar ta’ kenn għan-nisa. L-inizjattiva saret is-Sibt 8 ta’ Novembru 2014, u kienet ikkoordinata mis-Social Committee tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ.