Karrieri u taħriġ
Merħba għat-Taqsima tal-Karrieri u Taħriġ
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jfittex li jaqdi d‑dmirijiet statutorji tiegħu fl‑interess pubbliku u hu impenjat li jwettaq il‑funzjonijiet tiegħu b'mod effettiv, effiċjenti u ekonomiku, bl‑ogħla livell ta' integrità, kompetenza u trasparenza. F'dan ir‑rigward se jibqa':
- jagħmel analiżi u riċerka ekonomika u finanzjarja;
- iħaddem il‑politika monetarja tal‑BĊE;
- jikkontribwixxi b'mod effettiv għall‑istabbiltà tas‑sistema finanzjarja;
- ifassal u jimplimenta politika makroprudenzjali;
- iħeġġeġ u jappoġġa l‑iżvilupp u l‑integrazzjoni tas‑swieq finanzjarji;
- jissupplixxi provvista xierqa ta' karti tal‑flus u muniti (dawn tal‑aħħar f'isem il‑Gvern);
- jiġbor, jikkompila u jippubblika statistika ekonomika u finanzjarja;
- jaġixxi bħala bankier għall‑Gvern u għas‑sistema bankarja;
- iżomm u jimmaniġġa assi finanzjarji b'mod attiv;
- jipparteċipa b'mod attiv fis‑SEBĊ, l‑Eurosistema u korpi tal‑Unjoni Ewropea rilevanti oħra, inklużi s‑sottostrutturi tagħhom.
Biex iwettaq dawn il-funzjonijiet, kultant żmien il-Bank jimpjega staff biex jimtlew postijiet kif meħtieġ. Noffru opportunitajiet ta’ xogħol f’varjetà wiesgħa ta’ dixxiplini, li kull waħda minnhom tipprovdi karrieri uniċi u stimolanti. Inti se tkun qed taħdem ma’ professjonisti ta’ esperjenza u tkun tista’ tapplika l-ħiliet miksuba f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali.