Currency

Ħruġ ta’ Muniti Numismatiċi

F'Novembru 1972, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ l‑ewwel muniti numismatiċi bħala valuta legali mhux għaċ‑ċirkolazzjoni. Dawn kienu jikkonsistu minn sett ta' muniti tad‑deheb u tal‑fidda maħruġa flimkien mal‑Ordni Militari Sovran ta' Malta li hu bbażat f'Ruma. Il‑muniti ġew stampati fiz‑zekka tal‑Ordni f'Ruma. Fis‑snin ta' wara, inħarġu settijiet oħra tad‑deheb u tal‑fidda flimkien mal‑Ordni, ħaġa li kienet strumentali għat‑twaqqif taz‑Zekka ta' Malta fl‑1973, u wara dan, il‑muniti ta' metalli prezzjużi bdew jiġu prodotti hawn Malta.

Iz‑Zekka ta' Malta waqqfet l‑operazzjonijiet fl‑1995. L‑aħħar munita numismatika li ġiet prodotta kienet munita tal‑fidda maħruġa biex tfakkar il‑25 anniversarju tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑1993. Il‑muniti numismatiċi li nħarġu wara ġew stampati fir‑Royal Mint tar‑Renju Unit, fir-Royal Dutch Mint, u fir‑Royal Belgian Mint.

Prodotti Kollha Muniti fiċ-Ċirkolazzjoni Muniti Kommemorattivi Taż-€2
Settijiet Datati Deheb, Fidda u Metalli Oħra Prodotti Oħra