- Home
-
- Dikjarazzjoni dwar il‑Protezzjoni tal‑Privatezza tad‑Data
Dikjarazzjoni dwar il‑Protezzjoni tal‑Privatezza tad‑Data
Il‑website tal‑Bank Ċentrali ta' Malta la tirkupra, la tiġbor u lanqas iżżomm awtomatikament informazzjoni dwar il‑persuna li tkun qed tfittex fil‑website, ħlief biex tirreġistra l‑indirizz tal‑Internet Protocol (IP) u informazzjoni oħra dwar is‑sessjoni, bħal pereżempju t‑tip ta' browser li jkun qed jintuża u t‑tul taż‑żjara fil‑website. Kull informazzjoni bħal din tintuża mill‑Internet Service Provider (ISP) tal‑Bank għal skopijiet ta' amministrazzjoni tas‑sistema u biex tipprovdi lill‑Bank bi statistika dwar l‑użu tal‑website. Il‑website tal‑Bank ma tużax cookies biex tiġbor informazzjoni personali. Il‑website tuża cookies biss biex tagħraf utent minn ieħor u biex tipprovdi esperjenza aħjar għall‑utenti meta jkunu qed jinnavigaw fil‑website kollha.
Ċerti paġni tal‑website li jipprovdu servizzi speċifiċi jistgħu jirrikjedu informazzjoni personali. Fi kwalunkwe każ, din l‑informazzjoni personali tiġi pproċessata biss biex jingħata servizz, skont ir‑rekwiżiti tal‑Att dwar il‑Protezzjoni u l‑Privatezza tad‑Data (Kap. 440).
Din id‑Dikjarazzjoni tal‑Privatezza tkopri biss il‑website tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fl‑indirizz https://www.centralbankmalta.org. Ebda link fi ħdan il‑website li tirreferi għal siti relatati oħra mhi koperta b'din il‑politika ta' privatezza.