- Home
-
- Ċaħda ta’ responsabbiltà u ħarsien tad-drittijiet tal‑awtur
Ċaħda ta’ responsabbiltà u ħarsien tad-drittijiet tal‑awtur
Il‑website tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fiha firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar il‑funzjonijiet u l‑ħidma tal‑Bank, li tiġi aġġornata regolarment.
Minħabba n‑natura tal‑midja elettronika, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ma jagħtix garanzija li l‑informazzjoni li tidher fil‑website hi komprensiva, sħiħa u preċiża. Barra minn hekk, il‑Bank ma jipprovdix garanzija, espliċita jew impliċita, fir‑rigward tal‑eżattezza, il‑puntwalità, il‑kompletezza, jew is‑siwi ta' kull informazzjoni, għal kwalunkwe għan, li tinsab fid‑dokumenti prodotti mill‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Qabel ma wieħed jaġixxi fir‑rigward tal‑kontenuti tal‑website, speċjalment meta jagħmel transazzjonijiet tan‑negozju, hu rakkomandat li jiċċekkja l‑informazzjoni li hemm fil‑website. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta mhuwiex responsabbli jew legalment obbligat fir‑rigward ta' konsegwenzi jew telf li jirriżultaw minn azzjonijiet meħuda abbażi tal‑kontenuti tal‑website tal‑Bank.
Ħlief fejn hu dikjarat mod ieħor, il‑materjal, il‑grafika u l‑informazzjoni li jinsabu f'din il‑website, jappartjenu lill‑Bank Ċentrali ta' Malta. L‑utent għandu permess jagħmel użu mill‑paġni tal‑website tal‑Bank, iżomm files, jiddistribwixxi u jirriproduċi paġni tal‑istess website. Madankollu, is‑sors għandu dejjem jiġi ddikjarat u l‑materjal m'għandux jiġi sottopost għal tibdil jew distorsjoni. Kull talba addizzjonali fir‑rigward ta' proposta għal kwalunkwe użu ieħor ta' informazzjoni meħuda mill‑website għandha tintbagħat bl‑email lil Communications and International Relations Department.
Jekk tiġi stabbilita link minn sit tan‑negozju u/jew għal skopijiet promozzjonali, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jinsisti li l‑link m'għandiex tinkludi informazzjoni oħra u għandha tkun l‑uniku element tal‑browser window.
Il‑Bank ma japprova u ma jaċċetta ebda responsabbiltà għall‑kontenut ta' websites li għalihom hi pprovduta link fil‑website tiegħu.