News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
-
19 ta' Novembru 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbar illum li nieda mill-ġdid is-sit elettroniku tiegħu www.centralbankmalta.org. Is-sit li ġie mogħti dehra ġdida, permezz tad-disinn u l-karatteristiċi ġodda ta’ navigazzjoni, jipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni estensiva u l-firxa wiesgħa ta’ servizzi disponibbli għall-pubbliku ġenerali.
-
27 ta' Ottubru 2014
Fid-29 ta’ Ottubru 2014, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ ir-raba’ munita minn serje ta’ muniti kommemorattivi taż-€2 li jfakkru avvenimenti importanti fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta.
-
26 ta' Ottubru 2014
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni komprensiva li sar fuq mija u tletin bank li jinsabu f’dsatax-il Stat Membru li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). L eżerċizzju tmexxa mill-BĊE flimkien mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni bankarja f’dawn l-Istati Membri, u involva wkoll l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).
-
21 ta' Ottubru 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ffirma ftehim kollaborattiv mal-Victor Pasmore Foundation dwar wirja permanenti tax-xogħlijiet ta’ Victor Pasmore fil-bini tal-Bank ġewwa l-Polverista Conference Hall maġenb l-Annexe f’St James Counterguard, il-Belt Valletta.
-
30 ta' Settembru 2014
Għal darb'oħra, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser ikun miftuħ għall‑pubbliku matul l‑edizzjoni ta' din is‑sena tan‑Notte Bianca li ser issir is‑Sibt 4 ta' Ottubru 2014. Il‑bini prinċipali tal‑Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun qed jilqa' lill‑pubbliku bejn is‑sitta u l‑ħdax ta' filgħaxija.