Dwarna
Merħba fis‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta twaqqaf bl‑Att tal‑Bank Ċentrali ta' Malta fis‑17 ta' April 1968. Fl‑1 ta' Mejju 2004 l‑Bank issieħeb fis‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u fl‑1 ta' Jannar 2008 sar parti mill‑Eurosistema.
L‑għan ewlieni tal‑Eurosistema u tal‑Bank Ċentrali ta' Malta hu li tinżamm l‑istabbiltà tal‑prezzijiet. Sabiex jilħaq dan il‑għan, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jieħu sehem fit‑tħejjija u fit‑teħid tad‑deċiżjonijiet tal‑politika monetarja tal‑Eurosistema.
Minbarra l‑għanijiet li jżomm l‑istabbiltà tal‑prezzijiet, il‑Bank Ċentrali ta' Malta għandu responsabbiltajiet oħra kif indikati fil‑missjoni tal‑Bank. Din is‑sezzjoni tinkludi wkoll l‑informazzjoni li ġejja:
- Il‑missjoni tal‑Bank Ċentrali ta' Malta
- L‑istorja fil‑qosor u l‑funzjonijiet ewlenin tal‑Bank Ċentrali ta' Malta
- Il‑bini
- L‑organizzazzjoni u l‑governanza tal‑Bank
- Il‑logos tal‑Bank Ċentrali ta' Malta
- Il‑karti tal‑bilanċ tal‑Bank
- Informazzjoni relatata ma' postijiet tax‑xogħol vakanti u opportunitajiet ta' akkwist
- Edukazzjoni
- Leġiżlazzjoni
- Il‑ħinijiet tal‑uffiċini tal‑Bank
- Btajjel
- Mistoqsijiet komuni