About Us

Midja

Hija l‑politika tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta li jżomm djalogu tajjeb mal‑partijiet ikkonċernati tiegħu, jiġifieri s‑settur bankarju u finanzjarju, l‑istituzzjonijiet internazzjonali, is‑settur pubbliku, il‑korpi kostitwiti, il‑midja u l‑pubbliku.

Stqarrijiet għall‑istampa, intervisti, żjarat lill‑Bank u ċ‑channels tal‑midja soċjali tagħna huma fost l‑għodod użati sabiex il‑Bank jilħaq lill‑pubbliku b'mod effettiv, u sabiex jinteraġixxi mal‑udjenza tiegħu.

Talbiet għal żjajjar, intervisti, sessjonijiet fotografiċi, filmati u attivitajiet oħra relatati mal-midja għandhom jiġu indirizzati lid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni:

Tel: (+356) 2550 6703

E-mail: publicrelations@centralbankmalta.org jew ikklikkja hawn 

  • Membri tal‑midja li jżuru l‑Bank Ċentrali ta’ Malta għandhom jippreżentaw il‑kard ta’ aċċess/karta tal‑identità tagħhom fir‑reception desk tal‑Bank.
  • Min iżur il‑Bank Ċentrali ta’ Malta hu strettament ipprojbit milli jieħu kwalunkwe ritratti/filmati tal‑bini tal‑Bank jew tal‑impjegati, permezz ta’ kwalunkwe apparat (sakemm ma jkunx awtorizzat speċifikament mis‑Security Control Office tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta). 
  • Inti mitlub tinnota li l‑bini tal‑Bank jinsab taħt is‑sorveljanza tas‑CCTV 24/7.