Currency

Muniti tal-Euro

Hemm tmien denominazzjonijiet tal‑muniti tal‑euro: ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu, 50 ċenteżmu, €1 u €2. Il‑muniti huma ta’ daqs, piż, materjal, kulur u ħxuna differenti. Il‑muniti kollha għandhom naħa komuni u naħa nazzjonali. Madankollu, jistgħu jintużaw bla xkiel kullimkien fiż‑żona tal‑euro.

In‑naħa komuni ġiet iddisinjata minn Luc Luycx tar‑Royal Belgian Mint. Id‑disinn jirrappreżenta l‑mappa tal‑Ewropa u t‑12‑il stilla tal‑Unjoni Ewropea. In‑naħat nazzjonali tal‑muniti Maltin ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason u fihom xbihat speċifiċi tal‑pajjiż. Dawn huma s‑salib ta’ Malta bi tmien ponot, l‑istemma araldika ta’ Malta, u l‑altar tat‑tempju preistoriku tal‑Imnajdra.

B’differenza mill‑karti tal‑flus, il‑ħruġ tal‑muniti tal‑euro hu ta’ kompetenza nazzjonali. Jekk pajjiż taż‑żona tal‑euro jkun biħsiebu joħroġ muniti b'disinji ġodda, inklużi muniti kommemorattivi, hu għandu d‑dmir li jgħarraf lill‑Kummissjoni Ewropea. Hawn Malta, il‑muniti jinħarġu mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta f’isem il‑Gvern Malti.