News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
-
12 ta' Settembru 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tieni ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2014, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel trimestru tal-2014, u taċċenna dwar aktar żviluppi fix-xhur ta’ wara. Ir-Rivista tinkludi wkoll tliet rapporti analitiċi qosra dwar żviluppi fil-qgħad strutturali ta’ Malta, il-bilanċ fiskali aġġustat għall-fatturi ċikliċi, u l-komunikazzjoni tal-inċertezza fir-rigward tat-tbassir dwar l-inflazzjoni.
-
11 ta' Settembru 2014
Fil-15 ta' Settembru 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar il‑ħamsin anniversarju mill-Indipendenza ta' Malta.
-
28 ta' Awwissu 2014
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika s-sitt edizzjoni annwali tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għas-sena 2013. Ir-Rapport ikopri l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja Maltija, waqt li jidentifika l-potenzjal ta’ riskji u vulnerabbiltajiet, u jeżamina wkoll il-kapaċità tas-sistema biex tegħleb dawn ir-riskji. Ir-Rapport jiffoka l-aktar fuq dawk il-banek li għandhom rabtiet sostanzjali mal-ekonomija Maltija, klassifikati bħala l-core domestic banks. L iżviluppi fin-non core domestic banks u fil-banek internazzjonali, kif ukoll il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ investiment huma analizzati separatament.
-
12 ta' Awwissu 2014
Il-Bank Ċentrali ta' Malta jippubblika tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta għall-ewwel nofs tal 2014.
-
11 ta' Lulju 2014
L‑Erbgħa 16 ta' Lulju 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta se joħroġ munita kommemorattiva taż‑€2 biex ifakkar il‑200 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Korp tal‑Pulizija ta' Malta. Bħala tifkira ta' din l‑okkażjoni, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Josef Bonnici, ippreżenta l‑munita kommemorattiva lill‑Aġent Kummissarju tal‑Pulizija, is-sur Raymond Zammit.