Currency

Karti tal-Flus tal-Euro

Hemm seba' denominazzjonijiet tal‑karti tal‑flus tal‑euro: €5, €10, €20, €50, €100, €200, u €500. Kull denominazzjoni għandha daqs u kulur differenti. Dawn il‑karti tal‑flus huma valuta legali fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi.

B'differenza mill‑muniti tal‑euro, il‑karti tal‑flus m'għandhomx naħa nazzjonali. Id‑disinji li hemm fuq il‑karti tal‑flus huma bbażati fuq it‑tema "Żminijiet u Stili tal‑Ewropa", u jirrappreżentaw stili arkitettoniċi minn perijodi differenti fl‑istorja Ewropea. Twieqi u bibien huma l‑karatteristiċi li jidhru fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑karti tal‑flus, waqt li fuq in‑naħa ta' wara jidhru pontijiet. L‑elementi arkitettoniċi li hemm fuq il‑karti tal‑flus huma kollha illustrazzjonijiet stilizzati u ma jirrappreżentawx strutturi eżistenti.