News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
-
12 ta' Frar 2014
Fit‑12 ta' Frar 2014 il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tad‑deheb u oħra tal‑fidda biex jitfakkar il‑kompożitur Malti, Charles Camilleri (1931‑2009), bħala parti mill‑Europa Programme 2014 bit‑tema "Kompożituri Ewropej".
-
17 ta' Jannar 2014
Għat-tieni darba l-Bank Ċentrali ta’ Malta ser jagħmel stħarriġ fuq ix-xejriet tal-finanzi u l-konsum tal-familji (Stħarriġ dwar il-Finanzi u l-Konsum tal-Familji) bejn Jannar u Mejju 2014, bħala parti minn proġett tal-Eurosistema bil-għan li tinġabar statistika dettaljata u armonizzata minn familji fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.
-
17 ta' Jannar 2014
Fis‑17 ta' Jannar 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ospita simpożju fil‑bini tiegħu ġewwa l‑Belt Valletta sabiex jintroduċi l‑programm tiegħu għall‑2014 dwar ħruġ ta' muniti, u jqajjem kuxjenza pubblika rigward is‑sinifikat storiku u kulturali tal‑muniti li ser jinħadmu matul din is‑sena.
-
14 ta' Jannar 2014
Is-Sur Alexander Demarco ġie appuntat Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2014.
-
14 ta' Jannar 2014
Fit-tieni nofs tal-2013 ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 874 karta tal-euro falza, prattikament ekwivalenti għall-ammont ta’ karta tal-euro falza misjuba fl-ewwel nofs tal-istess sena.