News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

21/10/2014

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma ftehim kollaborattiv mal-Victor Pasmore Foundation

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ffirma ftehim kollaborattiv mal‑Victor Pasmore Foundation dwar wirja permanenti tax‑xogħlijiet ta' Victor Pasmore fil‑bini tal‑Bank ġewwa l‑Polverista Conference Hall maġenb l‑Annexe f'St James Counterguard, il‑Belt Valletta.  

Il‑ftehim ġie ffirmat fil‑21 ta' Ottubru mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta' Malta l‑Professur Josef Bonnici. Il‑Professur Richard England u Dr David Tonna ffirmaw f'isem il‑Victor Pasmore Foundation. Iċ‑ċerimonja tal‑iffirmar saret fil‑Polverista Conference Hall. 

Il‑Professur Josef Bonnici nnota li "Il‑Bank Ċentrali ta' Malta għandu numru ta' xogħlijiet ta' Victor Pasmore fi ħdan il‑kollezzjoni tiegħu tal‑arti. Bħala sponsor korporattiv ta' erba' xogħlijiet ta' Victor Pasmore, il‑Bank Ċentrali ta' Malta huwa kburi li jospita l‑Victor Pasmore Gallery fil‑bini tiegħu u li jippreżenta x‑xogħlijiet ta' wieħed mill‑artisti astratti ewlenin tas‑seklu għoxrin lill‑pubbliku." 

Il‑Professur Richard England qal, "Il‑Victor Pasmore Foundation hija grata u tapprezza s‑sapport mill‑familja ta' Victor Pasmore u mill‑Bank Ċentrali ta' Malta." 

Id‑dħul għall‑Victor Pasmore Gallery huwa b'xejn. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq (+356) 2550 3100. 

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma ftehim kollaborattiv mal-Victor Pasmore Foundation

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirma ftehim kollaborattiv mal-Victor Pasmore Foundation

Lura lejn l-Arkivju