News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014
30/09/2014
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jiftaħ fin‑Notte Bianca
Għal darb'oħra, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser ikun miftuħ għall‑pubbliku matul l‑edizzjoni ta' din is‑sena tan‑Notte Bianca li ser issir is‑Sibt 4 ta' Ottubru 2014. Il‑bini prinċipali tal‑Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun qed jilqa' lill‑pubbliku bejn is‑sitta u l‑ħdax ta' filgħaxija.
Dawk li jżuru l‑Bank ser ikollhom l‑opportunità li jżuru l‑mużew tal‑flus, fejn ikun hemm għażla ta' muniti u karti tal‑flus għall‑wiri. Għall‑ewwel darba, il‑Bank ser ikun qed jesebixxi ingott rari tal‑fidda maħdum f'Malta fl‑1799 mill‑Franċiżi li kienu qed jokkupaw Malta dak iż‑żmien.
Dawk li jżuru l‑Bank ser jibbenefikaw ukoll minn roħs speċjali fuq għażla ta' muniti numiżmatiċi li jinxtraw mill‑Bank matul l‑avveniment.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank www.centralbankmalta.org jew billi wieħed iċempel lill‑Malta Coins Distribution Centre fuq (+356) 2550 6007.
Lura lejn l-Arkivju