News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

19/11/2014

Tnedija mill-ġdid ta’ www.centralbankmalta.org

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħabbar illum li nieda mill‑ġdid is‑sit elettroniku tiegħu www.centralbankmalta.org. Is‑sit li ġie mogħti dehra ġdida, permezz tad‑disinn u l‑karatteristiċi ġodda ta' navigazzjoni, jipprovdi aċċess faċli għall‑informazzjoni estensiva u l‑firxa wiesgħa ta' servizzi disponibbli għall‑pubbliku ġenerali. Il‑Bank għamel kull sforz sabiex jilħaq l‑istandards meħtieġa biex b'hekk itejjeb il‑kwalità u l‑aċċessibilità tal‑informazzjoni. Il‑kontenut ġie aġġornat u l‑paġni kollha tas‑sit issa huma disponibbli wkoll bil‑Malti. 

Il‑proġett tmexxa mill‑Bank Ċentrali ta' Malta, u sar b'kooperazzjoni mal‑kumpanija Alert eBusiness.

Informazzjoni importanti: jekk jogħġbok innota li s‑sit elettroniku l‑ġdid tal‑Bank Ċentrali ta' Malta jista' jirrikjedi refreshing u abbonament mill‑ġdid għall‑avviżi bl‑email.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lid‑Dipartiment tal‑Komunikazzjoni billi ċċempel fuq (+356) 2550 3107,  jew  tibgħat  email.

Lura lejn l-Arkivju