Relazzjonijiet Lokali
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jaħdem mill‑qrib ma' awtoritajiet u istituzzjonijiet lokali dwar diversi kwistjonijiet ta' interess komuni, b'mod partikolari fejn din il‑kollaborazzjoni hi maħsuba biex tikkontribwixxi għall‑istabbiltà tas‑settur finanzjarju, tiffaċilita t‑tħaddim ta' sistemi ta' pagamenti u ta' ssetiljar ta' titoli u l‑ġbir ta' statistika u tagħrif ieħor.
F'dan il‑kuntest, il‑Bank diġà għamel ftehim mal‑Awtorità għas‑Servizzi Finanzjarji ta' Malta dwar l‑iskambju ta' informazzjoni u ftehim ieħor dwar sistemi ta' pagament u ssetiljar ta' titoli.
Il‑Bank għamel ukoll ftehim mal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika dwar il‑ġbir u l‑kompilazzjoni tal‑istatistika.
Memoranda ta' ftehim bejn il-Bank u l-MFSA:
Skambju ta' informazzjoni (44kb)
Sistemi ta' pagament u ssetiljar ta' titoli (22kb)