- Home
-
- Dwarna
-
- Rwol tagħna
-
- Il-promozzjoni u l-appoġġ tal-iżvilupp tas-swieq finanzjarji u tas-sistemi ta' pagamenti u ta' ħlas effiċjenti
Il-promozzjoni u l-appoġġ tal-iżvilupp tas-swieq finanzjarji u tas-sistemi ta' pagamenti u ta' ħlas effiċjenti
Sistema ta' pagamenti u ta' ħlas strutturata b'mod tajjeb tinkoraġġixxi l‑użu effiċjenti tar‑riżorsi u tikkontribwixxi għall‑integrazzjoni tas‑swieq finanzjarji. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jħaddem sistema ta' pagamenti, li tagħmel parti mit‑TARGET2, u li hija magħrufa bħala TARGET2‑Malta.
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jieħu ħsieb ukoll u jirregola t‑tħaddim ta', u l‑parteċipazzjoni fis‑sistemi ta' pagamenti u ta' ħlas ta' titoli kemm domestiċi kif ukoll bejn il‑pajjiżi. Tinħtieġ awtorizzazzjoni mill‑Bank qabel ma tibda titħaddem sistema ta' pagamenti u ta' ħlas ta' titoli. Barra dan, il‑Bank jista' wkoll joħroġ direttivi dwar is‑sistemi ta' pagamenti u ta' ħlas ta' titoli, dwar is‑servizzi tat‑trasferiment ta' kreditu bejn il‑pajjiżi u dwar is‑servizzi ta' pagamenti elettroniċi.