News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

05/12/2014

Ħruġ ta’ Munita Numiżmatika − 40 Anniversarju mir‑Repubblika ta’ Malta

Fil‑11 ta' Diċembru 2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erbgħin anniversarju minn meta Malta saret repubblika. Il‑munita għandha valur nominali ta' €10 u ġiet maħduma f'0.925 fidda fir‑Royal Dutch Mint. Il-munita tiżen 28.28 grammi, għandha dijametru ta' 38.61 mm u hi maħduma f'verżjoni proof. L‑istampar hu limitat għal 5,000 munita.

Il‑munita ġiet iddisinjata u mnaqqxa minn Noel Galea Bason. Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta bil‑kulur. Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi l‑ewwel President ta' Malta Sir Anthony Mamo bil‑Prim Ministru Duminku Mintoff maġenbu. Il-President Mamo jidher jaqra messaġġ lill‑pubbliku fi Pjazza San Ġorġ, ġewwa l‑Belt Valletta, biex tiċċelebra l-proklamazzjoni ta' Malta bħala Repubblika fit‑13 ta' Diċembru 1974.

Il‑munita tista' tinxtara mill‑Malta Coins Distribution Centre fil‑bini prinċipali tal‑Bank Ċentrali ta' Malta ġewwa l‑Belt Valletta, jew billi timtela l-formola li tinsab fuq is‑sit tal‑Bank. Il‑munita se tinbiegħ għall-prezz ta' €60 (VAT inkluż).

Għal iżjed informazzjoni, il‑pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill‑Malta Coins Distribution Centre billi jibgħat email jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7/8. 

40th Anniversary of the Republic of Malta 40th Anniversary of the Republic of Malta

Lura lejn l-Arkivju