News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2014

22/12/2014

Il-bidla għall-euro fil-Litwanja u t-tisrif ta’ Litas Litwani

Il‑Litwanja ser tadotta l‑euro fl‑1 ta' Jannar 2015, bil‑munita unika tieħu post il‑litas bħala l‑munita nazzjonali tal‑Litwani. Bħala servizz lill‑pubbliku, matul Jannar u Frar 2015, il‑banek ċentrali kollha taż‑żona tal‑euro, fosthom il‑Bank Ċentrali ta' Malta, se jsarrfu bla spejjeż karti tal‑flus litas f'euro.

Il‑karti tal‑flus litas jistgħu jissarrfu mit‑2 ta' Jannar sas‑27 ta' Frar 2015 fl‑Annexe tal‑Bank Ċentrali ta' Malta f'St James's Counterguard ġewwa l‑Belt Valletta, mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa mit‑08:30 sas‑13:00. Il‑karti jissarrfu bir‑rata ta' konverżjoni irrevokabbli ta' €1 = LTL 3.45280 sa massimu ta' €1,000 għal kull tranżazzjoni f'ġurnata waħda.

Xbihat tal‑karti tal‑flus litas li huma eliġibbli li jissarrfu jidhru fis‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali Ewropew fuq: http://www.ecb.europa.eu/euro/exchange/lt/html/index.mt.html.

Lura lejn l-Arkivju