News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013

  • 07 ta' Awwissu 2013

    Tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta

    Fl-ewwel nofs tal-2013, ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 877 karta tal-euro falza. Għalhekk, l-ammont totali ta’ karti tal-flus foloz irtirati miċ-ċirkolazzjoni minn Jannar sa Ġunju 2013 kien 23% aktar minn dak irrappurtat sitt xhur qabel (Lulju sa Diċembru 2012), iżda anqas mill-ammont irrappurtat għall-istess perjodu fl-2012 (Jannar sa Ġunju 2012).

  • 26 ta' Lulju 2013

    Ħruġ ta’ munita tad-deheb u oħra tal-fidda li juru l-Auberge de Provence

    Fis‑26 ta’ Lulju 2013, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ żewġ muniti numiżmatiċi, waħda tad-deheb u oħra tal-fidda, li juru l‑Auberge de Provence. Din ser tkun il-ħames waħda mill‑programm ta’ muniti maħruġa mill-Bank dwar il-Bereġ tal‑Kavallieri tal‑Ordni ta’ San Ġwann.

  • 24 ta' Ġunju 2013

    Sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2013

    Fl-24 ta’ Ġunju 2013, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2013. Is-sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż-€2 li tikkommemora l-kostituzzjoni tal-1921 li tat tmexxija awtonoma lil Malta. Il‑muniti kollha kienu maħduma fir-Royal Dutch Mint. Il‑muniti tal-euro ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason, filwaqt li l‑munita taż-€2 kienet iddisinjata minn Ġanni Bonnici.

  • 18 ta' Ġunju 2013

    Ir-Rivista ta’ Kull Tliet Xhur – l-Ewwel Ħarġa tal-2013

    Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kemm ippubblika l-ewwel ħarġa tar-Rivista ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2013, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji¬ f’Malta u barra minn Malta matul l-aħħar trimestru tal-2012, filwaqt li taċċenna dwar aktar żviluppi li seħħew fix-xhur ta’ wara.

  • 29 ta' April 2013

    Ħruġ ta’ munita numiżmatika – Il-Picciolo

    Fid-29 ta’ April 2013 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika tad-deheb li tirrappreżenta l-picciolo. Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €5.