News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013

07/08/2013

Tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta

Fl‑ewwel nofs tal‑2013, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta 877 karta tal‑euro falza. Għalhekk, l‑ammont totali ta' karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni minn Jannar sa Ġunju 2013 kien 23% aktar minn dak irrappurtat sitt xhur qabel (Lulju sa Diċembru 2012), iżda anqas mill‑ammont irrappurtat għall‑istess perjodu fl‑2012 (Jannar sa Ġunju 2012).

Tabella 1 turi x‑xejra kull sitt xhur ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni lokalment minn mindu daħal l‑euro.

Tabella 1

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

 

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

N2

N1

Karti tal‑Flus Foloz

642

903

798

520

760

1,663

484

1,059

951

713

877

1,545

1,318

2,423

1,543

1,664

 

Bħala proporzjon tal‑ammont tal‑karti tal‑flus tal‑euro li huma stmati li qegħdin fiċ‑ċirkolazzjoni f'Malta fl‑ewwel sitt xhur tal‑2013, l‑għadd ta' karti tal‑flus tal‑euro foloz għadu baxx ħafna meta mqabbel mal‑flus foloz misjuba fiż‑żona tal‑euro fl‑istess perjodu, li skont l‑istqarrija għall‑istampa tal‑Ġimgħa 19 ta' Lulju maħruġa mill‑Bank Ċentrali Ewropew, kien ta' 317,000 karta.

L‑istess kif ġara fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi, il‑karta tal‑€20, tal‑€50 u tal‑€100 għadhom l‑iktar karti ffalsifikati li ġew irrappurtati lokalment u li jammontaw għal ftit anqas minn 95% tat‑total tal‑flus foloz irrappurtati matul l‑ewwel nofs tal‑2013. Matul l‑aħħar sitt xhur, il‑proporzjon tal‑€100 ffalsifikati żdied minn 29% fl‑aħħar sitt xhur tal‑2012 għal kważi 58% f'dan il‑perjodu. Il‑flus foloz maqsuma skont id‑denominazzjonijiet bħala proporzjon tal‑ammont totali ta' flus foloz matul dan il‑perjodu kopert jidhru f'Tabella 2, mqabbla mal‑istess figuri taż‑żona tal‑euro.

Tabella 2

 

 

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi Perċentwali

Żona tal‑Euro

0.3

2.6

38.0

44.1

12.4

2.0

0.6

Malta

0.3

4.3

15.7

21.2

57.9

0.6

0.0

Minkejja dawn il‑ftit każijiet ta' flus foloz, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill‑pubbliku biex jibqa' attent meta jagħmel transazzjonijiet bi flus kontanti. Il‑karti tal‑flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat‑test "feel‑look‑tilt" kif spjegat fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Il‑Bank hu disponibbli biex jipprovdi kull tip ta' għajnuna, inkluż taħriġ lil kwalunkwe entità lokali li tista' teħtieġ din l‑assistenza.

Kull min jirċievi jew jissuspetta li għandu f'idejh karta tal‑flus falza għandu jċempel lill‑Pulizija fuq 2122 4001 jew lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq 2550 6012/13 jew permezz tal‑e-mail.

Lura lejn l-Arkivju