News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
-
26 ta' April 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser itella’ wirja tal-flus bejn il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013 u l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013. Il-wirja ser issir fil-Polverista li tinsab fil-bini tal-Bank ġewwa St James Countergard, il-Belt Valletta.
-
10 ta' April 2013
Is-Sibt 23 ta’ Marzu 2013, grupp ta’ impjegati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta pparteċipa f’inizjattiva ta’ karità fid-Dar Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar.
-
09 ta' April 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għadu kif ippubblika r-Rapport Annwali tiegħu għas-sena 2012. Dan jagħti ħarsa lejn il-politika u l-operat tal-Bank matul is-sena kif ukoll ir-riżultati finanzjarji fid-dettall.
-
02 ta' April 2013
Sensiela ġdida tal-karti tal-flus tal-euro se tiġi mnedija fit-2 ta’ Mejju 2013, permezz taċ-ċirkolazzjoni tal-karta tal‑€5 li tinkorpora karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda li jirriflettu l-progress li sar fis-sigurtà u fit-teknoloġija tal-produzzjoni tal-karta tal‑flus. Din is-sensiela ġġib l-isem ta’ “Europa” u turi l-wiċċ tal-figura mitoloġika Griega Europa.
-
13 ta' Marzu 2013
Fl-13 ta’ Marzu 2013 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika tal-fidda sabiex jitfakkar il-Gran Mastru tal‑Ordni ta’ San Ġwann, Emmanuel Pinto. Il-munita għandha valur nominali ta’ €10 u hija t-tieni prodott maħruġ mill-Bank fil‑programm għall-2013 dwar ħruġ ta’ muniti.