News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013

24/06/2013

Sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2013

Fl-24 ta’ Ġunju 2013, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2013. Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, kif ukoll munita taż‑€2 li tikkommemora l‑kostituzzjoni tal‑1921 li tat tmexxija awtonoma lil Malta. Il‑muniti kollha kienu maħduma fir‑Royal Dutch Mint. Il‑muniti tal‑euro ġew iddisinjati minn Noel Galea Bason, filwaqt li l‑munita taż‑€2 kienet iddisinjata minn Ġanni Bonnici.

Is-sett hu ppreżentat f’kaxxa distintiva u jinkludi wkoll munita replika mill-perjodu Biżantin. L-istampar tas-sett hu limitat għal 35,000 sett.

Is-settijiet jistgħu jinxtraw mill-Malta Coins Distribution Centrefil-bini prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, jew billi timtela formola li tinstab fuq is-sit tal-Bank.

Għal iżjed informazzjoni, il-pubbliku hu ġentilment mitlub li jikkuntattja lill-Malta Coins Distribution Centre billi jibgħat email jew iċempel fuq ( 356) 2550 6008.

Sett ta’ muniti tal-euro datat 2013

Lura lejn l-Arkivju