News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
-
26 ta' Frar 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-raba’ ħarġa tar-Rivista ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2012, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it-tielet trimestru tal-2012.
-
26 ta' Frar 2013
Fis-26 ta’ Frar 2013 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ munita numiżmatika tad-deheb u oħra tal-fidda biex jitfakkar il-poeta nazzjonali Malti, Dun Karm Psaila (1871-1961), bħala parti mill-Europa Programme 2013 bit-tema “Kittieba Ewropej”.
-
06 ta' Frar 2013
Fl-1 ta’ Frar 2013, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ospita simpożju fil-bini tiegħu ġewwa l-Belt Valletta sabiex jintroduċi l‑programm tiegħu għall-2013 dwar ħruġ ta’ muniti, u jqajjem kuxjenza pubblika rigward is-sinifikat storiku tal-muniti li ser jinħadmu matul din is‑sena.
-
25 ta' Jannar 2013
Fit‑tieni nofs tal‑2012, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta 713‑il karta tal‑euro falza, jew 25% inqas mid‑951 karta tal‑euro falza misjuba fl‑ewwel nofs tal‑istess sena. B'hekk għas‑sena 2012, l‑ammont ta' karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq 1,664, żieda ta' 7.8% fuq l‑ammont tas‑sena l‑oħra.
-
16 ta' Jannar 2013
Fit-tieni nofs tal-2012, ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta’ Malta 713-il karta tal-euro falza, jew 25% inqas mid-951 karta tal-euro falza misjuba fl-ewwel nofs tal-istess sena. B’hekk għas-sena 2012, l-ammont ta’ karti tal-flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq 1,664, żieda ta’ 7.8% fuq l-ammont tas-sena l-oħra.