News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
-
25 ta' Ottubru 2013
Il-Fondazzjoni għall-Assistenza tal-Iżvilupp Mużikali tat is-somma ta' €50,000 fi strumenti mużikali lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO).
-
16 ta' Ottubru 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku ġenerali li l-passaġġ mill-venda tal-karozzi tal-linja tal-Belt għall-Annexe tal-Bank f’St James’s Counterguard se jkun magħluq mit-Tnejn 21 t’Ottubru 2013 sakemm jinħareġ avviż ieħor minħabba xogħlijiet ta’ restawr fuq is-swar.
-
27 ta' Settembru 2013
Għal darb’oħra, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser jieħu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tan-Notte Bianca li ser issir is-Sibt 5 ta’ Ottubru 2013.
-
18 ta' Settembru 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tieni ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2013, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel trimestru tal-2013 u tikkummenta dwar l-iżviluppi ġenerali li seħħew fix-xhur ta’ wara.
-
23 ta' Awwissu 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika fis-sit elettroniku tiegħu l-ħames edizzjoni annwali tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja għas-sena 2012 u l-ewwel xhur tal-2013.