News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
-
27 ta' Diċembru 2013
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika fuq is-sit elettroniku tiegħu l-Aġġornament tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja li jkopri żviluppi li seħħew fl-ewwel sitt xhur tal-2013.
-
20 ta' Diċembru 2013
Il‑Latvja ser tingħaqad maż‑żona tal‑euro fl‑1 ta' Jannar 2014, u l‑euro se jieħu post il‑lats bħala l‑munita nazzjonali tal‑Latvjani. Bħala servizz lill‑pubbliku, matul Jannar u Frar 2014, il‑banek ċentrali kollha taż‑żona tal‑euro, fosthom il‑Bank Ċentrali ta' Malta, se jsarrfu bla spejjeż karti tal‑flus tal‑lats f'euro.
-
20 ta' Diċembru 2013
Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t‑tielet ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta’ Kull Tliet Xhur għas‑sena 2013, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji f’Malta u barra minn Malta matul it‑tieni trimestru tal 2013, u taċċenna fuq aktar żviluppi fix‑xhur ta’ wara.
-
26 ta' Novembru 2013
Fit‑28 ta’ Novembru 2013, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita numiżmatika tal‑fidda sabiex jitfakkar Sir Paul Boffa, l‑ewwel Prim Ministru wara l‑gwerra.
-
28 ta' Ottubru 2013
Fit-28 ta’ Ottubru 2013, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ it-tielet munita minn serje ta’ muniti kommemorattivi taż‑€2 li jfakkru avvenimenti importanti fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta.