- Home
-
- Statistika
-
- Standard Speċjali għall‑Pubblikazzjoni tad‑Data (SDDS)
Standard Speċjali għall‑Pubblikazzjoni tad‑Data (SDDS)
L‑hekk imsejjaħ Special Data Dissemination Standard (SDDS) ġie stabbilit mill‑Fond Monetarju Internazzjonali f'April 1996 bil‑ħsieb li jitjiebu l‑produzzjoni u l‑pubblikazzjoni tal‑istatistika ekonomika u finanzjarja uffiċjali tal‑Istati Membri li għandhom aċċess għas‑swieq finanzjarji internazzjonali. L‑SSDS itejjeb id‑disponibbiltà ta' statistika f'waqtha u komprensiva u b'hekk jikkontribwixxi biex tintlaħaq politika makroekonomika soda. L‑SDDS jistipula rekwiżiti kwalitattivi għad‑data ppubblikata (kopertura, perjodiċità u puntwalità) u prattiċi li jistgħu jtejbu l‑aċċessibbiltà tad‑data għall‑pubbliku, u l‑integrità u l‑kwalità tad‑data ppubblikata.
Malta ilha tikkontribwixxi għall‑SDDS sa mill‑1 ta' Diċembru 2009. L‑indikaturi nazzjonali Maltin li huma konformi mal‑SDDS jiġu ppubblikati fin‑National Summary Data Page (NSDP). L‑NSDP tiġi aġġornata bil‑kontribut tal‑istituzzjonijiet nazzjonali li jipproduċu statistika uffiċjali, jiġifieri, il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Istatistika.
Il‑Kalendarju Antiċipat ta' Stqarrijiet tal‑SDDS, l‑NSDP, il‑metadata u informazzjoni relatata oħra huma aċċessibbli mid‑Dissemination Standards Bulletin Board.