Indikaturi tal-ekonomija reali
Din it‑taqsima tinkludi firxa wiesgħa ta' statistika dwar prezzijiet u spejjeż, il‑kontabilità nazzjonali, is‑suq tax‑xogħol, it‑turiżmu u statistika makroekonomika oħra primarjament relatata mal-ekonomija Maltija. B'mod sintetiku, din l‑istatistika tippreżenta informazzjoni dwar l‑ekonomija, klassifikata skont prinċipji ekonomiċi. Din tipprovdi rekord komprensiv tal‑attivitajiet ekonomiċi ewlenin li jseħħu fi ħdan ekonomija, kif ukoll tal‑interazzjoni bejn il‑gruppi differenti ta' operaturi ekonomiċi.