Kalendarju Antiċipat tal‑Pubblikazzjoni
Il‑Kalendarju Antiċipat tal‑Pubblikazzjoni hu kalendarju ppubblikat li jipprovdi avviż bil‑quddiem tad‑dati preċiżi tal‑pubblikazzjoni ta' statistika speċifika għall‑pubbliku. L‑informazzjoni pprovduta permezz tal‑Kalendarju Antiċipat tal‑Pubblikazzjoni hi waħda mir‑rekwiżiti tal‑Istandards Speċjali għall‑Pubblikazzjoni tad‑Data (SDDS) tal‑Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Din l‑informazzjoni tiġi ppubblikata permezz tad‑Dissemination Standards Bulletin Board (DSBB) tal‑FMI.