News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
16/01/2013
Tagħrif ta’ kull sitt xhur dwar il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro f’Malta
Fit‑tieni nofs tal‑2012, ġew irrappurtati lill‑Bank Ċentrali ta' Malta 713‑il karta tal‑euro falza, jew 25% inqas mid‑951 karta tal‑euro falza misjuba fl‑ewwel nofs tal‑istess sena. B'hekk għas‑sena 2012, l‑ammont ta' karti tal‑flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni laħaq 1,664, żieda ta' 7.8% fuq l‑ammont tas‑sena l‑oħra.
Tabella 1 turi l‑figuri ta' kull sitt xhur u dawk annwali ta' karti tal‑flus foloz li nstabu lokalment minn mindu daħal l‑euro fl‑2008.
Tabella 1
|
2008
|
2009
|
2010
|
2011
|
2012
|
|
N1
|
N2
|
N1
|
N2
|
N1
|
N2
|
N1
|
N2
|
N1
|
N2
|
Karti tal‑flus foloz
|
642
|
903
|
798
|
520
|
760
|
1,663
|
484
|
1,059
|
951
|
713
|
1,545
|
1,318
|
2,423
|
1,543
|
1,664
|
Meta jitqabbel mal‑istima tal‑għadd ta' karti tal‑euro ġenwini fiċ‑ċirkolazzjoni f'Malta (stmat għal madwar 18.5 miljun fit‑tieni nofs tal‑2012), il‑proporzjon ta' karti tal‑euro foloz għadu baxx ħafna. Hu wkoll wieħed baxx ħafna meta jitqabbel mal‑ammont ta' karti tal‑flus foloz misjuba fiż‑żona tal‑euro fl‑istess perjodu, li skont l‑istqarrija għall‑istampa tal‑Ħamis 10 ta' Jannar maħruġa mill‑Bank Ċentrali Ewropew, kien ta' 280,000 karta.
L‑istess kif ġara fiż‑żona tal‑euro kollha kemm hi, il‑karti tal‑€20, tal‑€50 u tal‑€100 għadhom l‑iktar karti ffalsifikati li ġew irrappurtati lokalment, u li jammontaw għal 95.7% tat‑total tal‑flus foloz irrappurtati.
Tabella 2 turi analiżi perċentwali tal‑ammont totali ta' flus foloz irtirati miċ‑ċirkolazzjoni f'Malta fit‑tieni nofs tal‑2012, skont id‑denominazzjonijiet u mqabbla maż‑żona tal‑euro.
Tabella 2
|
|
€5
|
€10
|
€20
|
€50
|
€100
|
€200
|
€500
|
Analiżi perċentwali
|
Żona tal‑euro
|
0.5
|
1.5
|
42.5
|
40.0
|
13.0
|
2.0
|
0.5
|
Malta
|
0.3
|
3.2
|
30.6
|
36.1
|
29.0
|
0.8
|
0.0
|
Minkejja dawn il‑ftit każijiet ta' flus foloz, il‑Bank Ċentrali ta' Malta jibqa' jwissi lill‑pubbliku biex jibqa' attent meta jagħmel transazzjonijiet bi flus kontanti. Il‑karti tal‑flus ġenwini jintgħarfu faċilment permezz tat‑test "feel‑look‑tilt" kif spjegat fuq is‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta.
Madankollu, f'każ ta' dubju dwar l‑awtentiċità ta' karta tal‑flus, din għandha titqabbel direttament ma' waħda li żgur tkun ġenwina. Kull min jissuspetta li għandu f'idejh karta tal‑flus falza għandu jċempel lill‑pulizija fuq in‑numru tat‑telefon 2122 4001 jew lill‑Bank Ċentrali ta' Malta fuq in‑numru tat‑telefon 2550 6012/6013 jew jibgħat email.
Lura lejn l-Arkivju