News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
26/04/2013
Wirja tal-flus imtellgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser itella’ wirja tal-flus bejn il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013 u l-Erbgħa 15 ta’ Mejju 2013. Il-wirja ser issir fil-Polverista li tinsab fil-bini tal-Bank ġewwa St James Countergard, il-Belt Valletta.
Il‑wirja ser tittraċċa l‑istorja tal‑karti tal‑flus uffiċjali Maltin sa mill‑1914 u tagħti l‑possibbiltà lill‑viżitaturi biex jaraw il‑karta l‑ġdida tal‑€5 tas‑"Sensiela Europa" li ser tinħareġ mill‑Bank Ċentrali Ewropew mit‑2 ta' Mejju 2013. Il‑viżitaturi ser ikollhom aċċess ukoll għal preżentazzjoni awdjo‑viżiva fuq il‑produzzjoni tal‑karta tal‑flus, u logħba interattiva li tenfasizza l‑karatteristiċi tas‑sigurtà tal‑karta tal‑flus tal‑euro. Muniti deċimali Maltin, kif ukoll numru ta' settijiet tal‑muniti tal‑euro, ser ikunu wkoll għall‑wiri.
Il-wirja se tkun miftuħa kuljum matul il-ġimgħa bejn id-9.30 a.m. u t-3.30 p.m.
Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel fuq 2550 6014.
Lura lejn l-Arkivju