News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
27/09/2013
Parteċipazzjoni fis-serata Notte Bianca
Għal darb'oħra, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser jieħu sehem fl‑edizzjoni ta' din is‑sena tan‑Notte Bianca li ser issir is‑Sibt 5 ta' Ottubru 2013. Il‑bini prinċipali tal‑Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun qed jilqa' lill‑pubbliku bejn is‑sitta u l‑ħdax ta' filgħaxija.
Dawk li jżuru l-Bank ser ikollhom l-opportunità li jżuru l-mużew tal-flus fil-Foyer, fejn ikun hemm għażla ta’ muniti numiżmatiċi u karti tal-flus għall-wiri. Il-Bank ser itella’ wkoll wirja dwar il-karti tal-flus Maltin mill-1914 sal-lum.
Dawk li jżuru l-Bank ser jibbenifikaw ukoll minn roħs speċjali fuq għażla ta’ muniti numiżmatiċi u prodotti oħra li jinxtraw matul l-avveniment.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Bank www.centralbankmalta.org, jew billi wieħed iċempel lill-Malta Coins Distribution Centre fuq ( 356) 2550 6007.
Lura lejn l-Arkivju