News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013
16/10/2013
Għeluq temporanju tal-passaġġ għall-Annexe tal-Bank Ċentrali mill-venda ta' bieb il-Belt
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jixtieq javża lill‑pubbliku ġenerali li l‑passaġġ mill‑venda tal‑karozzi tal‑linja tal‑Belt għall‑Annexe tal‑Bank f'St James's Counterguard se jkun magħluq mit‑Tnejn 21 t'Ottubru 2013 sakemm jinħareġ avviż ieħor minħabba xogħlijiet ta' restawr fuq is‑swar.
L‑Annexe tal‑Bank f'St James's Counterguard jibqa' aċċessibbli għall‑pubbliku minn Triq Ġirolamo Cassar (triq li twassal għal Pjazza Kastilja).
Lura lejn l-Arkivju