News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2013

20/12/2013

Il-bidla għall-euro fil-Latvja u t-tisrif ta’ lats Latvjani

Il‑Latvja ser tingħaqad maż‑żona tal‑euro fl‑1 ta' Jannar 2014, u l‑euro se jieħu post il‑lats bħala l‑munita nazzjonali talLatvjani. Bħala servizz lill‑pubbliku, matul Jannar u Frar 2014, il‑banek ċentrali kollha taż‑żona tal‑euro, fosthom il‑Bank Ċentrali ta' Malta, se jsarrfu bla spejjeż karti tal‑flus tal‑lats f'euro. 

Il‑karti tal‑flus tal-lats jistgħu jissarrfu mit‑2 ta' Jannar sat‑28 ta' Frar 2014 fl‑Annexe tal‑Bank Ċentrali ta' Malta f'St James's Counterguard ġewwa l‑Belt Valletta, mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa mit‑08:30 sas‑13:00. Il‑karti jissarrfu bir‑rata ta' konverżjoni irrevokabbli ta' €1 = LVL 0.702804 sa massimu ta' €1,000 għal kull transazzjoni. 

Xbihat tal‑karti tal‑flus tal‑lats li huma eliġibbli li jissarrfu jidhru fis‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali Ewropew fuq: http://www.ecb.europa.eu/euro/exchange/lv/html/index.mt.html

 

Lura lejn l-Arkivju