News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016
-
26 ta' Mejju 2016
Fis-27 ta' Mejju 2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erba' mija u ħamsin anniversarju mit‑twaqqif tal‑belt kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta.
-
23 ta' Mejju 2016
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ġedded il‑ftehim dwar it‑twaqqif tal‑Professorat fl‑Ekonomija tal‑Bank Ċentrali ta' Malta mal‑Fakultà tal‑Ekonomija, Maniġment u Accountancy tal‑Università ta' Malta, għal perjodu ta' tliet snin minn Ottubru 2016 bil‑possibbiltà li jerġa' jiġi mġedded.
-
19 ta' Mejju 2016
Fil-jiem li ġejjin il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser iqassam ktejjeb informattiv fid-djar kollha bl-isem ‘The Euro – An informative guide’.
-
22 ta' April 2016
Fil-25 ta’ April 2016, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u l-fidda li jfakkru l-arti ta’ Antonio Sciortino.
-
21 ta' April 2016
Il‑Kamra tar‑Rappreżentanti emendat l‑Att tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (Kap. 204 tal‑Liġijiet ta' Malta) fid‑29 ta' Jannar 2016 sabiex tagħti s‑setgħa lill‑Bank Ċentrali ta' Malta li jistabbilixxi Reġistru tal‑Kreditu Ċentrali (Reġistru) f'Malta, u li joħroġ direttivi f'dan ir‑rigward għall‑istituzzjonijiet liċenzjati sabiex jipprovdu informazzjoni fuq min jissellef u jirregolaw l‑aċċess għar‑Reġistru.