News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016
-
20 ta' Settembru 2016
Fit-22 ta’ Settembru 2016, il-Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita kommemorattiva taż-€2 li turi t-tempji tal-Ġgantija.
-
20 ta' Settembru 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika t-tieni ħarġa tar-Rivista tiegħu ta’ Kull Tliet Xhur għas-sena 2016, li tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji riċenti f’Malta u barra minn Malta matul l-ewwel nofs tas-sena.
-
15 ta' Settembru 2016
Fis-16 ta’ Settembru 2016, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ munita numiżmatika tad-deheb li tirrappreżenta l-munita erba’ tari tar-ram, magħrufa bħala “patakka”. Din il-munita għandha valur nominali ta’ €5 u ser tinbiegħ għall-prezz ta’ €60 (VAT inkluż).
-
05 ta' Settembru 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser iniedi fuq bażi ta’ prova rkantijiet inversi taħt il-Programm ta’ Xiri mingħand is-Settur Pubbliku (PSPP), bl-ewwel irkant skedat għall-Erbgħa 7 ta’ Settembru.
-
25 ta' Awwissu 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jippubblika t-tmien edizzjoni tar-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja.