News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016
-
19 ta' Awwissu 2016
Fit-22 ta’ Awwissu 2016, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ser joħroġ sett ġdid ta’ muniti tal-euro datat 2016 f’verżjoni brilliant uncirculated. Is-sett jinkludi t-tmien muniti tal-euro Maltin, kif ukoll munita taż-€2 li turi t-tempji preistoriċi tal-Ġgantija.
-
05 ta' Awwissu 2016
Fis-6 ta’ Awwissu 2016, il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-MaltaPost ser iniedu prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il-mitt anniversarju mit-twelid tal-eks Prim Ministru ta’ Malta, Dom Mintoff. Il-prodott huwa sett li jikkonsisti f’munita tal-fidda u replika ta’ bolla stampata fuq fuljetta tal-fidda.
-
28 ta' Lulju 2016
Fl-ewwel nofs tal-2016, ġew irrappurtati lill-Bank Ċentrali ta' Malta 2,371 karta tal-euro falza, prattikament ekwivalenti għall-ammont misjub fl-ewwel nofs tal-2015.
-
22 ta' Ġunju 2016
Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ppubblika l‑ewwel ħarġa tar‑Rivista tiegħu ta' Kull Tliet Xhur għas‑sena 2016, li tanalizza l‑iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji riċenti f'Malta u barra minn Malta.
-
17 ta' Ġunju 2016
Fis‑17 ta' Ġunju 2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ospita simpożju bl‑isem "Il‑pajjiżi ż‑żgħar fiż‑żona tal‑euro - l‑andament ekonomiku wara l‑kriżi u l‑isfidi għall‑futur".