News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016
-
12 ta' Diċembru 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika l-aħħar tbassir ekonomiku tiegħu fuq is-sit elettroniku tiegħu.
-
02 ta' Diċembru 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r-Rapport Interim dwar l-Istabbiltà Finanzjarja 2016, li jkopri l-iżviluppi fis-settur bankarju, dak tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ investiment, b’referenzi għall-isfond ekonomiku li fih operaw dawn l-istituzzjonijiet matul l-ewwel sitt xhur tal-2016.
-
01 ta' Diċembru 2016
Fil‑5 ta' Diċembru 2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita kommemorattiva taż‑€2 taħt il‑programm ġdid 'Mit‑tfal b'Solidarjetà', bl‑ewwel tema tkun 'Solidarjetà permezz tal‑Imħabba'.
-
26 ta' Ottubru 2016
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qiegħed jappoġġja l-Pink October 2016. L-għan ta’ din l-inizjattiva filantropika huwa li tqajjem għarfien fost l-impjegati tal-Bank dwar il-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider u sabiex jinġabru l-flus.
-
28 ta' Settembru 2016
Għal darb’oħra, il- Bank Ċentrali ta’ Malta ser jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tan-Notte Bianca li ser issir is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2016. Il-bini prinċipali tal-Bank fi Pjazza Kastilja ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn is-sitta u l-ħdax ta’ filgħaxija.