News

News - Stqarrijiet għall-Istampa 2016

26/10/2016

Pink Day fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta qiegħed jappoġġja l-Pink October 2016. L‑għan ta' din l‑inizjattiva filantropika huwa li tqajjem għarfien fost l‑impjegati tal‑Bank dwar il‑prevenzjoni tal‑kanċer tas‑sider u sabiex jinġabru l‑flus.  Fis‑26 ta' Ottubru ġiet organizzata Pink Day, fejn l‑impjegati tal‑Bank kienu mħeġġa jilbsu l-kulur roża u jagħtu donazzjonijiet għal din l-inizjattiva.

Il‑maniġment u l‑impjegati tal‑Bank ġabru s-somma ta' €2,500 għal din l‑inizjattiva. Waqt preżentazzjoni li saret il‑Bank, il‑Gvernatur Dr Mario Vella spjega li l‑Bank iħeġġeġ lill‑impjegati tiegħu sabiex jadottaw stil ta' ħajja sana, jagħmlu testijiet mediċi b'mod regolari u jissapportjaw inizjattivi bħall‑Pink October. Il‑Gvernatur qal li din l‑inizjattiva taqa' taħt ir‑Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal‑Bank.

Ms Esther Sant, Chairperson, Action for Breast Cancer Foundation, f'isem il‑Pink October, irringrazzjat lill‑Gvernatur, lill‑maniġment u lill‑impjegati għall‑isforzi tagħhom sabiex jinġabru fondi għall‑Pink October. Hi spjegat li dawn il‑fondi, flimkien ma' dawk miġbura mill‑inizjattivi l‑oħra kollha ta' Pink October, ser jintużaw sabiex tissaħħaħ il‑kampanja nazzjonali dwar l‑għarfien u l‑prevenzjoni tal‑kanċer tas‑sider, tiġi ffinanzjata r‑riċerka medika kontinwa, u sabiex jinxtara l‑apparat mediku għat‑trattament tal‑kanċer tas‑sider.

Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jippreżenta donazzjonijiet miġbura mill-impjegati lis-Sinjura Esther Sant f’isem il-Pink October.

Dr Mario Vella, Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jippreżenta donazzjonijiet miġbura mill-impjegati lis-Sinjura Esther Sant f’isem il-Pink October.


Pink Day fil-Bank Ċentrali ta’ Malta

Lura lejn l-Arkivju