About Us

Klabb Soċjali tal-Istaff

Bħala parti mill‑politika tal‑Bank biex jippromwovi l‑benesseri tal‑istaff, il‑Bank waqqaf il‑Klabb Soċjali tal‑Istaff tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, li jorganizza avvenimenti u attivitajiet għall‑impjegati u l‑familji tagħhom. Barra minn hekk, bħala parti mill-impenn soċjali tal-Bank, il-Klabb Soċjali tal-Istaff tal-Bank Ċentrali ta' Malta jwettaq xogħol volontarju u joffri donazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta' karità.

Il‑Klabb Soċjali jikkonsisti fi tliet sottokumitati:

  1. il‑Kumitat għall‑Isport
  2. il‑Kumitat għall‑Attivitajiet Reliġjużi
  3. il‑Kumitat għall‑Attivitajiet Kulturali 

  • Il‑Kumitat għall‑Isport jorganizza l‑parteċipazzjoni annwali tat‑tim tal‑futbol tal‑Bank fil‑kampjonat u knock out tal‑Malta Employees Sports Association (MESA). Il‑Bank għandu wkoll tim tal‑volleyball, li jitħarreġ regolarment u jieħu sehem f'attivitajiet barranin. Attivitajiet sportivi oħra organizzati mill‑Kumitat jinkludu l‑isparar għall‑plattini, badger karting u paintball. L‑impjegati tal‑Bank jieħdu sehem ukoll fl‑attivitajiet sportivi tal‑Bank Ċentrali Ewropew, li jinkludu l‑atletika, il‑qdif u ċ‑ċikliżmu fil‑kampanja
  • Il‑Kumitat għall‑Attivitajiet Reliġjużi jieħu ħsieb jorganizza attivitajiet ta' natura reliġjuża.
  • Il‑Kumitat għall‑Attivitajiet Kulturali jippromwovi l‑għarfien tal‑wirt storiku u kulturali ta' Malta. Jorganizza żjarat f'postijiet ta' interess f'Malta, bħal mużewijiet, esibizzjonijiet u attrazzjonijiet kulturali oħra.

Attivitajiet annwali oħra organizzati mill‑Klabb Soċjali tal‑Istaff tal‑Bank jinkludu l‑Jum ta' Divertiment għall‑Familja, il‑party tas‑sajf, vjaġġi ta' ġurnata f'Għawdex u Sqallija, Wine Tasting, kampanji għall‑għoti tad‑demm, serati ta' kwizz, il‑party tal‑Milied għat‑tfal, karaoke u serati ta' bowling

Bowling night Visit to San Anton Palace
Summer barbecue Family Fun Day
Boat trip