About Us

Karrieri

Hi l‑politika tal‑Bank li jimpjega staff f'livelli klerikali u eżekuttivi fuq bażi full‑time jew part‑time (b'kuntratt għal żmien determinat), skont ħtiġijiet speċifiċi.

Il‑Bank iħaddan u josserva politika ta' opportunitajiet indaqs u ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni, kemm waqt il‑proċess tas‑selezzjoni kif ukoll matul iż‑żmien tal‑impjieg.

Ir‑reklutaġġ kollu li jagħmel il‑Bank hu soġġett għal‑leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il‑Bank jorganizza programm introduttiv dettaljat għall‑impjegati l‑ġodda biex jgħinhom jifhmu l‑irwol, il‑funzjonijiet, l‑istruttura u l‑ambjent/ir‑relazzjonijiet tax‑xogħol tal‑Bank fi ħdan is‑Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u fi ħdan l‑Eurosistema.

Il‑Bank jinforza wkoll politika stretta kontra l‑fastidju sesswali biex jippromwovi ambjent tax‑xogħol pożittiv.

Karrieri