Esperjenza ta’ xogħol fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)
L‑Iskema tas‑SEBĊ għal Esperjenza Esterna ta' Xogħol tippromwovi u ssaħħaħ l‑iskambju ta' staff bejn il‑banek ċentrali fi ħdan is‑SEBĊ permezz ta' sekondar ta' membri tal‑istaff fuq bażi temporanja (minn 3 sa 11‑il xahar).
L‑esperjenza ta' xogħol għandha l‑għanijiet strateġiċi li ġejjin:
- li tikkontribwixxi għall‑iżvilupp ta' identità u kultura ta' sistema komuni, waqt li tibni kooperazzjoni iżjed intensiva fi ħdan is‑SEBĊ;
- li tiffaċilita iżjed kuntatti fi ħdan is‑sistema u iżjed opportunitajiet ta' interazzjoni bejn il‑banek ċentrali;
- li tqajjem kuxjenza u tibni għarfien tad‑diversi strutturi u metodi ta' ħidma fil‑Bank Ċentrali Nazzjonali parteċipanti u/jew fil‑Bank Ċentrali Ewropew.