About Us

Taħriġ

Il‑Bank jinvesti fil‑ħiliet u fl‑iżvilupp professjonali tal‑impjegati sa mill‑mument tal‑ingaġġ, għaliex jemmen li dan hu l‑aħjar mod biex jiggarantixxi servizz effiċjenti u effettiv.

Il‑Bank iħarreġ lill‑istaff tiegħu biex jiżgura livell professjonali ta' prestazzjoni u biex iżomm standard għoli ta' kompetenza meħtieġa biex jitwettqu l‑funzjonijiet tal‑Bank, u biex jikkontribwixxi għat‑twettiq tal‑Missjoni u l‑Għanijiet tal‑Bank.

L‑impjegati kollha tal‑Bank jirċievu taħriġ perjodiku matul il‑karriera tagħhom. Dan it‑taħriġ jinkludi żvilupp permezz ta' esperjenzi lokali u barranin, kif ukoll taħriġ professjonali f'diversi suġġetti relatati.